Lokali

Illejla l-Kap tal-Partit Nazzjonalist Adrian Delia f’Xarabank jitkellem dwar 17 Black

Illejla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkun live f’Xarabank fejn se jkun qed jitkellem dwar dak kollu li għaddej f’pajjiżna fost oħrajn dwar l-iskandlu 17 Black.

Fl-aħħar jiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li l-Gvern ma jistax jibqa’ jwebbes rasu. Kulħadd jaf li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jitilqu. Iżda Muscat għandu idejh marbutin.

Adrian Delia qal li jidher li l-power station il-ġdida saret mhux għaliex verament kellna bżonnha, iżda biex Keith Schembri u Konrad Mizzi setgħu jirċievu flus fil-kumpaniji sigrieti tagħhom mill-kumpanija misterjuża 17 Black. Hu qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu quddiemu għażla ċara, jekk hux se jiddefendi r-reputazzjoni ta’ Malta jew inkella se jibqa’ jiddefendi liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.