Stephen Barclay hu kkonfermat bħala s-Segretarju ġdid b’responsabbiltà għall-Brexit meta l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, qed taħseb biex timla l-postijiet battala fil-Kabinett tagħha wara l-aħħar riżenji.
Barclay, deputat għal North East Cambridgeshire u li hu favur it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, qabel kien qed iservi bħala Ministru mad-Dipartiment tas-Saħħa u Kura Soċjali.
Intant, hu qed jieħu post Dominic Raab fil-kariga ġdida wara li Raab irriżenja, f’nofs il-ġimgħa, minħabba l-ftehim li Theresa May laħqet ma’ Brussell dwar il-Brexit.
Kelliema għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street (Londra)qalu li Barclay se jikkonċentra fuq it-tħejjijiet domestiċi għall-Brexit aktar milli n-negozjati.
//= $special ?>