Għal darb’oħra Joseph Muscat jonqos li jwieġeb id-domandi diretti tal-ġurnalisti.
Mistoqsi għal darba darbtejn dwar is-saga ta’ 17 Black u l-involviment ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, Muscat baqa’ jipprova jaħrab milli jerfa’ r-responsabbiltà politika minkejja li l-fatti qed juru biċ-ċar li ċ-Chief of Staff tiegħu u l-Ministru Mizzi huma implikati f’arranġament biex jirċiecu pagamenti ta’ $150,000 kull wieħed fix-xahar għal-18-il sena fil-kumpaniji Hearnville u Tillgate.
Dan hu konfermat minn provi iswed fuq l-abjad, permezz ta’ emails.
Mistoqsi mill-ġurnalisit ta’ media indipendenti jekk hu qattx staqsa lil Keith Schembri ta min kienet 17 Black, hu baqa’ ma weġibx.
Mistoqsi mbagħad jekk kienx staqsa liċ-Chief of Staff tiegħu Keithy Schembri dwar il-business plans li kellu ma’ 17 Black, hu qal li ma jidħolx fl-interessi tan-negozji ta’ Schembri.
Hu naqas ukoll milli jwieġeb għal mistqosija dwar jekk jemminx dak li qed jgħidu Mizzi u Schembri dwar din il-kwestjoni.
Dan ifisser li Muscat, għal darboħra, naqas li jagħti mqar tweġiba waħda għal dak li qed isaqsu l-ġurnalisti, u qed jibqa’ jistaħba wara l-paraventu tal-inkejsta li qed jappella minnha hu stess.
//= $special ?>