Lokali

Kruċjali li jiġi ppubblikat ir-rapport sħiħ ta’ Egrant

Dan qalitu d-delegazzjoni ta' MEPs li żaret Malta f'Settembru li għadda

Delegazzjoni li żaret pajjiżna biex tistħarreġ dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna  stqarret li hu kruċjali li r-rapport sħiħ tal-inkjesta dwar Egrant ikun ippubblikat.

Id-delegazzjoni qalet li l-fatt li huma biss membri tal-Gvern li għandhom kopja ta’ din l-inkjesta u li ġew ippubblikati biss partijiet minnha qed ikompli jimmina il-fiduċja fil-proċess.

Id-delegazzjoni kienet għamlet żjarat f’ Malta u fis-Slovakkja s’Settembru li għadda fid-dawl tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-ġurnalist Slovak Jan Kuciak.

Fir-rapport tagħha d-delegazzjoni saħqet dwar il-ħtieġa li r-rapport tal-maġistrat Aaron Bugeja ikun ippubblikat.

Sa issa huma biss il-Prim Ministru, il-Ministru Owen Bonnici u membri oħra tal-Partit Laburista li għandhom f’idejhom il-kopja tar-rapport, bil-Kap tal-Oppożijzzjoni Adrian delia jkollu jiftaħ kawża fil-qorti biex jitlob lill-Avukat Ġenerali kopja tar-rapport.

Tul iż-żjara id-delegazzjoni kellha laqgħet ma’ grupp ta’ ġurnalisti Maltin, ma’ rapprezentanti tal-FIAU flimkien mal-Avukat Ġeenrali, ma’ grupp ta’ NGOs kif ukoll ma rappreżentanti tal-familja Caruana Galizia u rappreżentanti ta’ Henley and Partners.