Lokali

“Raħal Ġdid mhux propjetà tas-Sindku u m’għandux jagħmel dak li jiddeċiedi hu” – PN

“Is-Sindku ta’ Raħal Ġdid għandu jerfa’ r-responsabbilità ta’ għemilu.”

Dawn saħquh il-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista, Tyrone Muscat u Ivan Bartolo, tal-istess lokalità wara li aktar kmieni din il-ġimgħa s-Sindku ddeċieda li jgħalaq iż-żona kien jarma l-monti.

Wara diversi lmenti li saru matul dawn l-aħħar jiem, is-Sindku reġa’ biddel id-deċiżjoni tiegħu rigward din il-kwistjoni, biex b’hekk neħħa l-barrikati li tpoġġew fuq ordni tiegħu.

Huma kkundannaw l-aġir tas-Sindku hekk kif bl-azzjoni tiegħu tellef milli l-monti jarma u jagħti servizz lir-residenti fost oħrajn. Huma nnutaw li dak li għamel is-Sindku kien skorrett, bla preċedent u bla proporzjoni, li kien huwa stess li reġa’ fetaħ l-aċċess li kien għalaq minn jheddu.