Lokali

AĠĠORNATA: Tiġġarraf binja fl-Imrieħel; il-kumpanija isserraħ moħħ in-nies

Ħadd ma weġġa’ f’inċident ikrah li seħħ fi Triq l-Imprendituri, fl-Imrieħel, fejn iġġarraf saqaf ta’ maħżen.

Net News hu infurmat li wara l-inċident sar head count tan-nies illi kienu fil-maħżen fil-ħin li ġara l-każ.

Fil-post hemm il-Pulizija, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li waslu fl-Imrieħel bħala prekawzjoni.

Kelliema mill-Protezzjoni Ċivili qalilna li ma kienx hemm rapporti ta’ nies feruti.

Intant, fi stqarrija li saret mill-kumpanija Homemate – li tagħhom hu dan il-maħżen – intqal illi minħabba dan l-inċident il-maħżen ingħalaq, u dan seta affetwa l-operat normali tal-kumpanija.

Homemate assigurat li ma kien hemm ebda persuna li weġġgħet fl-inċident.