Kultura Lokali

ŻIGUŻAJG: Festival ta’ arti, kuluri u attivitajiet

Parata ta’ kuluri, kostumi, briju u mużika nedew il-festival internazzjonali tal-arti Żigużajg.

Dan il-festival sar appuntament annwali għal tfal u żgħażagħ, u din is-sena mistenni jilqa’ mal-20,000 persuna fosthom 8,000 student u studenta.

Żigużajg, li issa daħal fit-tmien sena tiegħu joffri xalata ta’ attivitajiet kulturali bil-parteċipazzjoni ta’ l fuq minn mitt artist minn madwar id-dinja u b’27 proġett ta’ arti differenti.

Rupert Cefai, Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività  qal li dan il-festival ilu sena wara sena jwassal rappreżentazzjonijiet ta’ kwalità għolja lil eluf ta’ tfal u żgħażagħ, u li ta’ kull sena jirċievi tifħir kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

Il-festival din is-sena ħa laqta ambjentali u filwaqt li fil-postijiet tal-attivitajiet se jkun hemm reċipjenti differenti għall-iskart, l-organizzaturi qed jinkoraġġixxu lill-parteċipanti biex jirriċiklaw.

Il-festival qed jittella bejn is-16 u l-25 ta’ Novembru u l-attivitajiet se jsiru fi Pjazza San Ġorġ, fit-Teatru Manoel, l-Istitut Kattoliku u fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fost oħrajn.