L-Uffiċjali fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja issa qed jindikaw li hemm ‘il fuq minn 1,000 persuni nieqsa b’kaġun tan-nirien tal-aħħar jiem li qerdu eluf ta’ djar u qatlu talanqas 71 persuna.
Filwaqt li ċ-ċifra tal-mejtin qed titla minn żmien għal żmien, l-awtoritajiet għadhom qed jivverifikaw il-qabża qawwija fl-ammont ta’ persuni rappurtati nieqsa li minn 631 telgħu għal 1,011 fi spazju ta’ 24 siegħa.
L-akbar fost in-nirien qed jissejjaħ il-‘Camp Fire’ u dan ħalla ‘baħar ta’ qerda’ fin-naħa ta’ fuq ta’ Kalifornja. Intant, jista’ ikun li l-mejtin fin-nirien jinkludu persuni ‘li ħadd għadu ma jaf bin-nuqqas tagħhom mindu qabdu n-nirien’.
Il-Camp Fire qered il-parti kbira tal-belt ta’ Paradise, fejn kienu jgħixu 27,000, u l-iskwadri għas-salvataġġ għadhom ifittxu għall-ħajjin u l-katavri fost il-fdalijiet ta’ din il-belt huma u jużaw klieb imħarrġa għal dawn l-impenji.
//= $special ?>

