Il-Qorti sabet ħati u mmultat €700 lil żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Iżrael wara li nqabad jimporta arma llegali lejn pajjiżna.
L-arma llegali, li hi ponn tal-ħadid jew kif magħrufa aħjar bħala brass knuckle, instabet waqt li ż-żagħżugħ kien dieħel Malta għal btala ta’ erbat’ijiem wara li telaq minn Tel Aviv. Din instabet mill-Uffiċjali tad-Dwana.
L-avukat difensur David Gatt talab għal sentenza sospiża iżda l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit saħqet li t-talba tad-difiża hi ineffettiva. Dan hekk kif iż-żagħżugħ kien se jintbagħat lura lejn pajjiżu fuq ordni mill-Qorti.
Fil-Qorti ħareġ it-tħassib għaliex il-ħati kien qiegħed iġorr l-arma fuqu minkejja li hija meqjusa bħala ta’ periklu għal ħaddieħor. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar.
//= $special ?>

