Lokali

FILMAT: Anzjana salvata wara li nar infirex minn garaxx għal appartament

F’dawn il-ħinijiet, membri tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma bla heda biex jikkontrollaw nar li beda għall-17:30 minn garaxx f’Ħal Luqa u li nfirex għal residenza li tinsab fuqu. Il-garaxx jintuża bħala maħżen tal-air conditions.

Net News jinsab infurmat li numru ta’ persuni kellhom jiġu evakwati waqt li anzjana kienet salvata wara li hi u xi klieb tagħha nqabdu fuq ġewwa..

In-nar ikkawża wkoll periklu hekk kif affettwa wkoll is-sistema tal-elettriku fiż-żona, tant li nstemgħu numru ta’ splużjonijiet hekk kif beda jfaqqa’ wkoll id-dawl u nħakmu wkoll il-wajers tad-dawl fit-triq.

Filmat: Kersten Graham