Fi Franza saru numru kbir ta’ dimostrazzjonijiet fejn in-nies esprimew rabja għall-qabża kbira fil-prezzijiet tal-fuel waqt li ħarbtu l-moviment tat-traffiku madwar il-pajjiż.
Il-protesti ma kenux mingħajr il-konsegwenzi traġiċi, b’mara titlef ħajjitha wara li sewwieq ta’ trakk saq fi stat ta’ paniku għal fuq xi dimostranti, bl-aħħar rapporti jirreferu wkoll għal numru ta’ midruba waqt id-dimostrazzjonijiet.
Id-dimostranti li nġabru f’madwar 2,000 lokalità ta’ Franza qegħdin jakkużaw lill-President Franċiż Emmanuel Macron li abbanduna lin-nies.
Min-naħa tiegħu, Macron qed jakkuża lill-avversarji politiċi b’li qed jisfruttaw lid-dimostranti bil-għan li jtellfuh milli jimplimenta l-programm tar-riformi meħtieġa għall-pajjiż.
//= $special ?>

