Internazzjonali

Jinstab is-sottomarin tal-Arġentina li kien għeb sena ilu

Kelliema għall-qawwiet tal-baħar tal-Arġentina qalu li nstabu l-fdalijiet ta’ sottomarin li, sena ilu, kien għeb bl-ekwipaġġ ta’ 44 membru waqt li kien qed jirritorna lejn pajjiżu minn missjoni rutina lejn Ushuaia, fin-nofsinar imbiegħed tal-Amerika t’Isfel.

Is-sottomarin ARA San Juan, kien sparixxa fil-15 ta’ Novembru, meta kien xi 430 kilometru ‘il hinn mill-kosta tal-Arġentina u n-Navy tal-pajjiż kien iddeċieda biex iwaqqaf il-missjoni tas-salvataġġ xi ġimgħatejn wara.

Intant, is-sottomarin issa nstab — sena u jum wara l-għajbien – ġo fond ta’ 800 metru tal-Oċean Atlantiku. Dan kien ikkonfermat wara li s-sottomarin kien identifikat b’mod konkret minn kumpannija Amerikana.