Raġel ta’ 42 sena minn Bormla, il-Ġimgħa filgħaxija intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 34 sena miż-Żurrieq. L-inċident seħħ fi Triq San Pawl f’Bormla stess. Fuq il-post waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Hu kien ċertifikat li qed isofri minn ġriehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-kas ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret numru ta’ esperti biex jgħinuha fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>