Jidher li x-xita bi qliel li qed tagħmel qed tikkaġuna diversi problemi. Dan hekk kif għal xi ħin matul il-ġurnata tas-Sibt, triq ewlenija fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar għerqet.
Dan seħħ fi Triq il-Kosta u s-Salini fejn biċċa sew mill-karozzi li għaddew miż-żona jidhru li huma nofshom mgħarqin.
L-ammont kbir ta’ ilma tax-xita inġabar f’diversi toroq fil-madwar tal-istess triq, li wassal biex kollu beda miexi u jinġabar fl-istess żona.
Madanakollu, ma kienx hemm rapporti ta’ xi inċidenti tat-traffiku minħabba dan kollu.
Is-sewwieqa kollha huma mwissija biex jevitaw l-inħawi.
//= $special ?>