Sport Sport Ieħor

Zverev jegħleb lil Federer u javvanza għall-finali tal-ATP Finals

(Ritratt: EPA)

Alexander Zverev temm it-tamiet ta’ Roger Federer li jikseb is-seba’ suċċess f’Londra u l-100 titlu fil-karriera tiegħu, hekk kif il-Ġermaniż rebaħ is-semifinali f’logħba missielta li ntlagħbet fl-O2 Arena. Iż-żagħżugħ Ġermaniż rebaħ 7-5, 7-6 u fil-finali jaffronta lil Novak Djokovic jew Kevin Anderson.

Fl-età ta’ 21 sena, Zverev sar l-iżgħar semifinalist mill-2009. Zverev li kien qed jilgħab fis-semifinali tal-Finali ATP, ma kienx nervuż u rebaħ it-12-il logħba biex għalaq l-ewwel set f’40 minuta. It-tennist ta’ 37 sena daħal għal din il-partita bi tliet rebħet minn ħames konfronti kontra Zverev.

Zverev wieġeb mill-ewwel bit-tieni set ikun deċiż b’tie-break. Iżda l-logħba ntemmet b’mument qares meta ball boy waqqa’ ballun. Zverev talab biex il-punt jerġa’ jintlagħab, xi ħaġa li l-partitarji ta’ Federer preżenti ma kinux kuntenti biha.

Il-logħba kompliet, b’Federer jagħti żewġ match points lil Zverev. Hu salva l-ewwel wieħed iżda Zverev għalaq il-logħba b’volley tajjeb.

Wara l-logħba, Zverev talab apoloġija għas-sitwazzjoni fit-tie-break iżda qal li l-ball boy waqqa’ l-ballun, u kompla li hemm fir-regoli li jridu jerġgħu jilagħbu l-punt. Hu skuża ruħu ma’ Federer kif ukoll mal-partitarji u qal li ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li jiddiżappunta lil xi ħadd.

Tags