Sport Sport Ieħor

Dovizioso jirbaħ l-aħħar Grand Prix tal-istaġun tal-Moto GP f’Valencia

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun tal-Moto GP fix-xita ta’ Valencia, kien Andrea Dovizioso fuq Ducati li ħareġ rebbieħ. Minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, it-tellieqa kienet momentarjament sospiża meta fil-vantaġġ kien Alex Rins fuq Suzuki. Is-sewwieq Taljan li kiseb it-tieni pożizzjoni fil-klassifika ġenerali, beda mit-tielet post fil-bidu tat-tellieqa.

Valentino Rossi, seba’ darbiet rebbieħ tat-titlu dinji, beda mill-aħħar pożizzjonijiet iżda rkupra pożizzjoni wara l-oħra sakemm wasal fit-tieni post, iżda tilef kollox meta waqa’ meta kien jonqos ħames dawriet għat-tmiem. Marc Marquez li tliet ġimgħat ilu rebaħ il-ħames titlu dinji, beda mill-ħames pożizzjoni iżda tilef il-bilanċ meta kien jonqos 21 dawra għat-tmiem.

Għal Dani Pedrosa li għandu 33 sena, dan kien l-aħħar Grand Prix tal-karriera tiegħu li ħabbar li se jirtira mill-attività. Jorge Lorenzo li se jieħu post Pedrosa ma’ Honda fl-istaġun li ġej, spiċċa fit-12-il post. Fil-Moto3 rebaħ is-sewwieq Tork Can Oncu li ta’ 15-il sena sar l-iżgħar sewwieq li rebaħ Grand Prix.

Tags