Sport

Is-suċċessi fil-Judo u l-Kickboxing fis-seba’ programm Sport Extra

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar is-seba’ programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm se tingħata importanza dwar is-suċċess li l-judoka Isaac Bezzina kellu bir-rebħ tal-midalja tad-deheb fil-kategorija tal-100kg fil-Kampjonat tal-Commonwealth li saru fl-Indja ġimgħa ilu. Mistieden ukoll id-Direttur tal-Federazzjoni Maltija Alex Bezzina.

Fit-tieni parti, it-tema prinċipali se tkun il-kickboxing fejn wara l-aħħar riżultati pożittivi fir-Repubblika Ċeka u Franza, il-mistiedna ewlenin huma Master Noel Mercieca kif ukoll il-kickboxers Keith Azzopardi, Celeste Galea u Diane Schembri.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati huma ta’ Noel Zammit u Alfred Spiteri.