Seba’ persuni kellhom jittieħdu l-Isptar wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ‘Head-on’. L-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Renault misjuqa minn mara ta’ 38 minn Ħaż-Żabbar u karozza tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 47 sena minn Marsaskala. Fil-BMW kien hemm ukoll tifel ta’ 7 snin u mara ta’ 40 sena minn Marsaskala, filwaqt li fir-Renault kien hemm tliet tfaljiet ta 14-il sena.
Jidher illi numru ta’ nies involuti fl-inċident inqabdu fil-vettura u kellhom jinħarġu minn Membri tal-Protezzjoni Ċivili. Is-seba’ vittmi ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Tfajla ta’ 14-il sena ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja, filwaqt li l-mara ta’ 38 sena u t-tifla ta’ 14-il sena sofrew minn ġriehi gravi. It-tfajla l-oħra, ir-raġel ta’ 42 sena, il-mara ta’ 40 sena u t-tifel ta’ 7 snin sofrew minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>