Ambjent Lokali

Ġimgħa ġdida…l-istess kjuwijiet

Għadhom ma jafux meta se jibdew jitqassmu fil-lokalitajiet

Bdiet ġimgħa ġdida u l-pantomima tal-bins issoktat f’Ta’ Qali kmieni dalgħodu.

Mill-ġdid sriebet twal ta’ nies dehru jistennew biex jieħdu l-kontenituri tal-iskart li suppost kellhom jitqassmu bieb bieb. Dan filwaqt li f’Għawdex it-tqassim tal-kontenituri ġie sospiż, wara li l-ġimgħa l-oħra kienet diġa’ tħarrbtet l-iskeda mħabbra.

It-tqassim minn Ta’ Qali qed idum sal-4pm.

Is-Sibt il-kumpanija Wasteserv qalet li bħalissa għadhom għaddejin it-taħdidiet mal-Kunsilli biex isibu mod ħalli l-bins jitqassmu fl-irħula.