Lokali Parlament

Il-korruzzjoni qed tinħema f’Kastilja

Arkivji

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-korruzzjoni qed tinħema f’Kastilja bil-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax jieħu passi kotra l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri; anzi jibqa’ jiddefendiehom.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li għan-negozji ż-żgħar dan mhux l-aqwa żmien u sostna li dawn illum qed iħabbtu wiċċhom ma problemi kbar. Dan minħabba kirjiet dejjem jgħolew, iktar burokrazija, spejjeż jiżdiedu u l-problemi biex jakkwistaw finanzjament mill-banek. Mal-ħażin qed jeħel it-tajjeb.

Hu semma’ s-Sata Bank u qal li nies innoċenti qed ikollhom flushom iffriżati. L-imprendituri Maltin huma żvantaġġjati mal-barranin. Mhux aċċettabbli li jkun hawn żbilanċ inġust fis-suq tal-pajjiż foshotm billi l-imprendituri Maltin ikollhom iħallsu iktar taxxa mill-barranin.

Il-marka ta’ dan il-gvern tal-ispin u tal-korruzzjoni; dan hu l-aktar gvern korrott fl-istorja tal-pajjiż bi Prim Ministru li jibqa’ jiddefendi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri li nqabdu jixxaħħmu fuq kuntratti ta’ miljuni kbar.

Illum hawn il-provi li l-ħatar tnejn min-nies viċin il-Prim Ministru daħlu fil-politika biex ixaħmu u jixxaħħmu mill-flus tal-korruzzjoni. Sa minn qabel l-elezzjoni tal-21012 u fil-ġranet ta’ wara telqu għal għonq it-triq beix iħaxxnu bwiethom. Daw issa nkixfu u jinsabu f’rokna.

Hu spjega l-fatti ta’ 17 Black u qal li dawn kienu se jaqilgħu €150,000 fix-xahar €5,000 kuljum mill-power station il-ġdida. Dawn huma fatti mhux allegazzjonijiet. Il-Prim Ministru ma ddejjaq xejn ineħħi diversi ministri iżda fil-konfront ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri ma jistax jiċaqlaq u ma jistax ikeċċiehom. Il-korruzzjoni qed tinħema f’Kastilja u li qed jibqa’ siekta. Min ma jiġġilidx il-korruzzjoni hu korrott.