Parlament

Il-Ministru Owen Bonnici jsostni li hemm inkjesta fuq 17 Black iżda jgħid li hu ma kienx jaf biha

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ddikjara fil-parlament li hemm inkjesta separat għaddejja fuq l-iskandlu 17 Black iżda qal li hu ma kien xjaf biha.

Din id-dikjarzzjoni l-Ministru tal-Ġustizzja għamilha meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar l-aħħar żviluppi fil-każ 17 Black.

Il-Ministru Owen Bonnici wieġeb li fil-pajjiż hawn ir-rule of law taħdem u għalhekk hu ma kienx informat li tnediet inkjesta speċifika dwar 17 Black. Skont il-Ministru tal-Ġustizzja, dan jirrifletti l-indipendenza tal-ġudikatura.

Hu qal li wara l-aħħar rapporti hu għamel kuntatt mal-Avukat Ġenerali li kkonfermalu li għaddejja inkjesta dwar 17 Black. Skont il-Ministru tal-Ġustizzja din l-inkjesta bdiet qabel kien hemm ir-rapporti u qed titmexxa mill-Maġistrat Charmaine Galea.

F’intervent il-Prim Ministru Joseph Muscatqal li l-istituzzjonijiet għandhom jitħallew jaħdmu fis-serenità.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hu jaqbel ma’ investigazzjonijiet awtonomi u indipendenti iżda Ministru għandu jinforma lill-parlament u mhux lill-media internazzjonali meta jkun hemm żviluppi importanti fl-investigazzjonijiet.

Hu qal li fuq materja ta’ inteerss pubbliku u jekk hemm xi ħaġa li għandha tingħad din għandha tingħad f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Kummissarju tal-Pulizija je mill-Ministru konċernat. Hu staqsa jekk il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia għamilx sew li għadad l-kummenti lill-media flok lill-parlament dwar l-investigazzjonijiet fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb li l-gvern ma jirregolax il-mezzi tax-xandir li jaħdmu b’mod awtonomu u sostna li li kull kelma li tingħad fuq din il-kwistjoni hi kelma żejda. Ejja nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu, appella l-Prim Ministru Joseph Muscat.