Lokali Qorti

Il-Qorti Maltija tordna li tiġi estradita

Akkużata li kienet involuta f'ħasil ta' flus li jlaħħaq €650 miljun

Ħidma mill-Pulizija Taljana biex tkisser ċirku ta’ ħasil ta’ flus u kriminalita’ li qed tgħaddi minn Malta, wasslet biex ġiet arrestata f’Malta Mariella Franchini – il-mara ta’ ħu l-boss tal-grupp mafjuż Capriati ta’ Sqallija.

Franchini tressqet il-Qorti illum, bid-deċiżjoni tkun li hi tiġi estradita lejn l-Italja.

Il-mara minn Bari għandha 57 sena u kienet qed toqgħod l-Imsida.

Fil-konfront tagħha kien hemm mandat għall-arrest maħruġ mill-Qorti ta’ Bari, fuq akkużi li jinkludu ħasil ta’ flus li jlaħħaq €650 miljun.