Lokali

Illejla jibdew il-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali

Il-Ħadd isir id-diskors tal-Kap tal-PN Adrian Delia, li jagħlaq il-Kunsill Ġenerali

Illejla f’Ħal Luqa jibdew il-Laqgħat Distrettwali bħala parti mill-Kunsill Ġenerali tal-PN bit-tema “Ġid għal Kulħadd – f’Soċjeta’ li Jimpurtaha”.

Il-laqgħa fil-Każin tal-PN ta’ Ħal Luqa tibda fis-7pm, u se tiġi indirizzata mill-Kap tal-PN Adrian Delia. Illum mistiedna mit-Tieni sas-Sitt Distrett, filwaqt li l-laqgħa għall-bqija tad-Distretti ssir għada fil-Każin Nazzjonalista ta’ Ħal Balzan.

Dawn il-laqgħat ġew introdotti mill-Kap tal-PN Adrian Delia sabiex iwessa’ l-parteċipazzjoni tan-nies fil-Kunsill Ġenerali.

L-Erbgħa imbgħad jibdew is-Sessjonijiet Plenarji fid-Dar Ċentrali tal-PN, il-Ġimgħa ssir Laqgħa Distrettwali f’Għawdex u l-Ħadd jagħlaq il-Kunsill Ġenerali bid-diskors tal-Kap tal-PN.