Lokali Qorti

Is-sentenza tal-Kaptan se tingħata wara l-Milied

Nhar l-Erbgħa li ġej se jkompli l-każ tal-kaptan tal-vapur Lifeline hekk kif il-Qorti għadha qed tistenna traduzzjoni ta’ numru ta’ dokumenti mill-Olandiż.

Dan ħareġ hekk kif illum il-kaptan Claus Peter Reisch reġa’ kien preżenti fl-awla.

Fit-18 ta’ Diċembru mistennija ssir seduta oħra, bis-sentenza tiġi mgħotiha f’Jannar. Dan ikkonfermah il-Maġistrat innifsu.

Nhar l-Erbgħa li ġej se jiġu ppreżentati t-traduzzjoni tad-dokumenti bl-Olandiż, jekk dejjem dawn ikunu lesti.

Id-difiża qed titmexxa mill-avukati Cedric Mifsud, Neil Falzon u Gianluca Cappitta.