Lokali Parlament

Jeħtieġ iktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp

– Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li li l-pajjiż irid jinvesti iktar fir-riċerka u żvilupp. Fil-budget il-gvern seta’ jinvesti ħafna iktar f’dawn is-setturi għaliex dawn jistgħu jkunu industrija fihom nnfushom.

F’diskros fil-parlament hu appella biex tkun eliminata l-burokrazija. Il-pajjiż irid ikun lest għat-taqlib ekonomiku li jista’ jiġi fuq il-pajjiż iżda l-gvern m’għandux viżjoni li joħloq setturi ġodda. Il-gvern qed iniedi ftit li xejn inċentivi ġodda biex ikun esploart fejn il-pajjiż jista’ jmur.

Hu tkellem dwar is-sitwazzjoni fis-Sata Bank u qal li din qed teffettwa bil-kbir kemm lill-Maltin li għandhom flushom f’dan il-bank u anki lil investituri barranin. Jeħtieġ li ma ssirx ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta għaliex Malta qed tieħu r-reputazzjoni li hi l-pajjiż fejn isir il-ħasil tal-flus. Din qed teffetwta lill-ħaddiema.

Fil-pajjiż han kategorija ta’ nies li jaħdmu imma xorta għandhom problemi biex ilaħħqu għaliex il-flus li qed jaqilgħu m’humiex kapaċi jlaħħaqu mal-isfidi tal-ħajja. Għandu jsir sforz biex il-pagi lin-nisa jkunu daqs dawk tal-irġiel u li jkun hemm iktar kundizzjonijiet flessibbli tax-xogħol waqt li iktar nisa jkunu fuq bordijiet tal-gvern u tal-privat.