Lokali

Mara ssofri minn ġrieħi gravi

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija, fi Vjal Blue Grotto, fiż-Żurrieq, mara sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn irriżulta li raġel ta’ 50 sena mill-Fgura tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, dan bil-konsegwenza li nqaleb. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 49 sena residenti l-Fgura wkoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.