Lokali

AĠĠORNATA: Preżenza qawwija ta’ Pulizija biswit iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Vettura fiz-zona tqajjem suspett

Numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll Suldati mill-Explosive Ordnance Disposal, issejħu ftit metri bogħod miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq suspett ta’ splussiv ma’ vettura li kienet ipparkjata.

Net News jinsab infurmat li sid il-karozza mar għall-vettura tiegħu ftit wara l-5:00PM u sab li xi ħaġa kienet differenti minn kif ħalliha iktar kmieni.

Kien hawn li għamel rapport lill-Pulizija, f’liema rapport avżahom ukoll li kien irċieva wkoll theddida.

Fid-dawl ta’ dan, il-Pulizija għalqu parti konsiderevoli mit-triq filwaqt li ma ħallewx lil sidien ta’ vetturi oħra fl-inħawi jaċċessawhom u lanqas lil residenti taż-żona li ma tħallewx jidħlu fid-djar tagħhom.

Net News jinsab infurmat li fl-inħawi hemm diversi kameras tas-sigurtà li mistennija jghinu fl-investigazzjonijiet