Internazzjonali

RITRATTI: Iħejju għall-Milied

F’Poznan, fil-Polonja, fetaħ is-suq tradizzjonali tal-Milied. Wieħed mill-eqdem fil-pajjiż. Uffiċjalment l-istaġun tal-Milied fil-Polonja jibda fis-6 ta’ Diċembru f’dak li hu magħruf bħala Dzień Świętego Mikołajau f’jum il-festa ta’ San Nikola. Fil-każ ta’ Poznan, aktar ma joqrob il-Milied aktar ma jiżdiedu l-attivitajiet u attrazzjonijiet f’din il-fiera. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru jkun hemm ukoll wirja ta’ skultura mis-silġ.