Illejla fil-Parlament ġie konfermat illi infetħet inkjesta dwar il-kumpanija sigrieta 17 Black – inkjesta li infetħet wara jiem ta’ insistenza mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Il-Maġistrat Charmaine Galea se tkun qed tmexxi din l-inkjesta. Dawn id-dettalji ingħataw mill-Ministru Owen Bonnici, wara li aktar kmieni il-Prim Ministru Joseph Muscat ma riedx jagħmel stqarrija Ministerjali dwar 17 Black.
Il-Ministru Bonnici ta din l-informazzjoni biss wara d-domanda tal-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia.
Jidher illi l-inkjesta infetħet numru ta’ ġimgħat ilu.
U wara dak li seħħ fil-Parlament, Adrian Delia fuq Twitter insista li l-Gvern jinsab f’paniku, hekk kif Muscat naqas milli jwieġeb id-domandi tiegħu. U kien biss Owen Bonnici li ta informazzjoni ġdida, wara li l-Gvern ġie dahru mal-ħajt.
Nhar il-Ġimgħa f’Xarabank, il-Kap tal-PN fakkar li skont l-emails żvelat, hemm ċar iswed fuq l-abjad illi l-kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu se jdaħħlu mal-€5,000 kuljum minn 17 Black. Dan intqal ftit tal-jiem biss wara li r-Reuters u t-Times żvelaw ukoll li s-sid ta’ 17 Black hu Yorgen Fenech, Direttur tal-konsorzju Electrogas li qed imexxi l-power station il-ġdida ta’ Dellimara.
//= $special ?>