Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Ritratt mill-arkivji

Dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa u nofs, Pakistani ta’ 38 sena u mara Mawritanja ta’ 28 sena weġġgħu gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Volkswagen Golf u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl. Fil-karozza kien hemm mara Mawritanja ta’ 28 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Ir-raġel ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-mara qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.