Lokali

Ħadd ma weġġa’ fi splużjoni f’kamra tan-nar

Ħadd ma weġġa’ hekk kif fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu seħħet splużjoni fil-Kamra tan-Nar ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, dan minkejja li din kienet splużjoni qawwija ħafna u li nstemgħat minn diversi bnadi.

L-isplużjoni seħħet għal ħabta tas-1am. Sorsi qalu li x’aktarx ħadet dik li tissejjaħ il-bettija, li titħaddem waħidha bil-lejl biex tħallat il-porvli.

Dak il-ħin tal-isplużjoni fil-kumpless ma kien hemm ħadd. Madanakollu jidher li bit-theżżiża tal-isplużjoni ġġarrfet waħda mill-kmamar li hemm fil-kumpless.

Fuq il-post marru l-pumpiera tas-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ineħħu l-periklu li seta’ kien hemm kawża tal-isplużjoni. Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku bi prewkazzjoni iżda fortunatament ħadd ma ndarab hekk kif f’dak il-ħin fil-kumpless ma kien hemm ħadd.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.