Lokali

Ikomplu l-Gradwazzjonijiet – jiggradwaw 150 oħra

Hekk kif komplew il-Gradwazzjonijiet fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt, it-Tlieta kien imiss l-Istudenti li ggradwaw b’Masters f’diversi dixxiplini, fosthom il-Periti u l-Inġiniera.

Fiż-żewġ ċerimonji tal-ġurnata ggradwaw madwar 150 student li spiċċaw il-kors tagħhom fl-Università ta’ Malta.

F’diskors għall-okkażjoni, id-Dekan tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni Reuben Grima appella lill-Gradwati ġodda biex iħarsu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Min-naħa l-oħra, jekk wieħed ma jieħux id-deċiżjonijiet meħtieġa, ikun qed jabdika mir-responsabbiltajiet tiegħu u għalhekk, għandu jitnaqqas it-tħassib minn ħajjet il-poplu billi nwaqqfu l-bejgħ ta’ assi pubbliċi, fost l-oħrajn.

Filwaqt li rringrazzja lill-Istudenti għall-impenn tagħhom biex jaslu sa din iċ-ċerimonja, hu qal li din hi responsabbiltà kbira li qed jingħataw. U hu għalhekk li dawn għandhom iġorru r-responsabbiltà bi kbuija iżda b’umiltà.

Sadnittant, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Gradwati l-ġodda, bdew il-famużi buscades, li jieħdu lill-Istudenti dawra mat-toroq f’atmosfera ta’ festa u ferħ fi tmiem l-istudji tagħhom.