Lokali

“Il-Gvern qed iħalli li jsir il-ħasil tal-flus” – Adrian Delia

L-istrateġija tal-Gvern hi sempliċi. Kuljum b’xi storja ġdida tant li ma tistax tiffoka fuq ħaġa waħda, Il-poplu qed isir immun għall-ksur tal-liġi.

Dan kien kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa għall-attivisti tal-1, it-8, id-9, l-10, il-11 u t-12 id-distrett fil-każin ta’ Ħal Balzan

Adrian Delia qal li sa ftit ħin qabel kien qed jaqra aħbarijiet tat-tħassib u rrefera għall-fatt li l-avukat ta’ Konrad Mizzi ingħata direct order ta’ €200,000.

Adrian Delia qal li issa nafu li hemm inkjesta dwar 17 Black u nafu min hi l-maġisgtrat li qed tisma l-inkjesta, iżda ma nafux din l-inkjesta lil min qed tinvestiga.

Hu rrefera wkoll għall-kawża li fetaħ kontra l-Prim Minsitru dwar il-kuntratt tal-Vitals li kienu ingħataw tlett sptarijiet u €2000 000 000 u elenka sitwazzjonijiet oħra fejn il-Gvern aġixxa kontra kull etika, bħal fil-kuntratt tat-tindif ta’ San Vinċenz de Paule li qed jiswa €300 000 fix-xahar u bħas-sitwazzjoni tal-impjegati tal-kuntrattuturi f’Mount Carmel li qed jitħallsu mill-fondi tal-Gvern mingħajr l-approvazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi

B’refernza għal Konrad Mizzi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan qabel kien Ministru bla portafoll u issa sar il-Ministru bla tweġibiet hekk kif qed jaħrab mill-media akkosta ta’ kollox.

Hu għalaq billi qal li l-Gvern b’mod sistematiku qed iħalli li jsir il-ħasil ta’ flus f’pajjiżna.