Lokali Parlament

Il-problemi ambjentali żdiedu

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li fis-settur ambjentali l-pajjiż qed imur lura u sar l-aktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa.

Meta tkellem fil-parlament dwar l-ambjent Edwin Vassallo staqsa jekk il-Ministru għall-Ambjent għandux appoġġ dwr politika sostenibbli.

Hu tkellem dwar l-importanza li l-bniedem ikun fiċ-ċentru tal-politika ambjentali u semma’ kif Malta tilfet tmien postijiet fl-iżvilupp sostenibbli. Il-pajjiż sejjer għall-agħar foshtom fl-emissjonijiet fejn Malta hi l-aktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa. Dan hu konfermat mill-UE.

Illum il-Gvern qed jagħmel l-għażliet u l-poplu qed iħallas il-prezz għalihom. Il-Gvern spiċċa ħammeġ lil dan il-pajjiż. Dun l-arja maħmuġa qed tispiċċa toqtol lin-nies iżda l-gvern ma jimputaħx.

Hu rapport li hemm 270 persuna li mietu minħabba tniġġiż ambjentali li seta’ kien ilu li beda snin. Sa tmiem is-sena dan in-numru jista’ jitla’ għal iktar minn 300. Edwin Vassallo qal li l-impjant tal-power stations tal-gass komplew niġġżu l-arja, skont l-NSO.

Bejn l-2016 u l-2017 kien hemm telf ta’ 9.3% fid-dħul tal-bdiewa waqt li mill-2013 sal-2108 kien hemm ir-realtà kien hemm telf ta’ 21%.