Lokali

Imut l-eks Ministru Laburista Ċensu Moran

Ritratt: Times of Malta

Imut l-eks Ministru Laburista Vincent Moran, tabib u politiku, li miet fl-età ta’ 86 sena.

Moran ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1962. Huwa baqa’ jiġi elett għall-elezzjoni, sakemm fl-1981 ħa l-ġurament ta’ Ministru tas-Saħħa. Vincent Moran ħadem ma’ tliet mexxejja tal-Partit Laburista, Duminku Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant.

Hekk kif ħarġet l-aħbar kienu ħafna dawk li urew is-sogħba tagħhom fuq il-midja soċjali li għal snin twal tahom servizz b’rabta mal-professjonalità tiegħu.

Intant il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija esprima s-sogħba għall-mewt tal-eks Ministru Laburista. Intqal li Ċensu Moran jibqa’ magħruf bħala tabib tal-familja dedikat u li kellu kuxjenza soċjali kbira speċjalment bl-għajnuna li kien jagħti lill-persuni dgħajfin u vulnerabbli fis-soċjetà. Pajjiżna tilef tabib li kien eżempju ħaj tad-dedikazzjoni għall-professjoni medika.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja u l-qraba tiegħu.