Internazzjonali

Infermiera u pulizija fost il-vittmi fi sparatura f’Chicago

"Qabel neħħa ruħu b'idejh, spara bosta tiri lejn kull direzzjoni - nies fuq il-post li raw ix-xena

Erba’ persuni tilfu ħajjithom wara sparar fi sptar f’Chicago. Tnejn mill-vittmi huma infermiera li kienu jaħdmu fl-istess sptar, pulizija, u dak li wettaq l-isparatura nnifsu.

Rapporti qalu li t-tieni uffiċjal tal-pulizija evita sparatura wara li l-bullet sparata fid-direzzjoni tiegħu ħabtet mal-pistola tiegħu.

L-uffiċjali qalu li dak li spara deher li jimmira lejn mara li magħha kien f’relazzjoni.

L-isptar bl-isem ta’ Mercy Hospital kien evekwat mill-aktar fis hekk kif kien hemm biżgħa li l-isparar kien se jitkompla.