Basketball Sport

Ir-referee tal-basketball Bernard Vassallo se jikkontrolla logħba fir-Repubblika Ċeka mill-FIBA Europe Cup

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jkompli bl-istaġun pożittiv tiegħu fl-Ewropa meta għada se jikkontrolla l-partita minn Grupp D mill-FIBA Europe Cup li se tintlagħab fil-Pardubice Arena bejn it-tim Ċek ta’ Pardubice u Ironi Ziona mill-Iżrael.

Dan il-grupp jikkonsisti wkoll mit-timijiet ta’ Avtodor Sarotov mill-Bulgarija u l-Olandiżi ta’ Den Bosch. Bħala uffiċjali oħra għal din il-logħba, minbarra Vassallo, se jkun hemm Gellert Kapitany mill-Ungerija) u Valentin Oliot minn Franza.