Il-Pulizija fl-Italja kisser ċirku kriminali li kien il-moħħ wara t-traffikar illegali ta’ klieb, kemm fl-Italja stess kif ukoll lejn pajjiżi oħra fl-Ewropa.
L-azzjoni ittieħdet din il-ġimgħa mill-Pulizija fil-belt ta’ Udine, b’kordinazzjoni mal-Prokuratur Andrea Gondolo.
Mill-informazzjoni li ħarġet sa issa jidher li l-clan kriminali kien jopera f’Reggio Emilia, Bergamo u Como, u kien jimporta l-ġriewi mill-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja.
Jirriżulta li l-klieb kienu jkunu żgħar ħafna (ta’ xahar), u ma kienux jingħataw vaċċin qabel jivjaġġaw fit-trakkijiet minn pajjiż għall-ieħor.
Kollox jindika li ġeru li normalment fis-Slovakkja jinbiegħ għal €100, fl-Italja kien iġib il-prezz ta’ €800.
L-investigazzjoni ilha għaddejja kważi sena.
//= $special ?>