– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-kultura ta’ rgħibha li daħlet fil-pajjiż qerdet il-pajsaġġi u r-ruħ tal-pajjiż.
Fid-dibattitu dwar l-ambjent Ivan Bartolo appella biex ma tibqax gwerra mal-ambjent għax inkella ssir gwerra mal-persuni nnfushom. Trid tieqaf l-aggressjoni vjolenti u l-kilba għall-flus.
Hu semma’ l-Kummissjoni Interdjoċesana dwar l-ambjent u qal li dawn iwettqu xogħol utli ferm fis-soċejta fejn ippreżentw proposti lill-aprtiti politiċi foshtom dwar dikjarzzjonijiet tal-kandidati dwar l-involviment tagħhom f’kumpaniji, li jkun hemm trasaprenza u kompetizzjoni ġusta. Malta saret pjaga fejn jidħol l-ambjent.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed ikun grigalata fjn jidħol l-ambjent u qed jgħolli l-kultura tar-rgħibha li qed tolqtol lill-pajjiż ftit ftit.
//= $special ?>