Lokali Parlament

L-ambjent taħt assedju mill-Gvern

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-ambjent jinab taħt assedju fejn l-ikbar theddida għall-ambjent hi l-Gvern; li suppost hu l-aqwa għodda tal-poplu biex jiddefendi l-ambjent tiegħu.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-ambjent hu sostna li l-idea tat-torrijiet ma jaqbilx mal-kumplament tal-pajjiż.

It-torri tad-db f’Pembroke se jkun jidher minn kullimkien u se jbiddel iż-żona; l-istess kif se jagħmlu t-torrijiet tal-Imrieħel.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-bini fil-kampanja żdied b’mod qawwi fl-aħħar sitt snin. Daħlet ukoll l-idea li l-ambjent ikun valutat mill-aspett ta’ flus.

Din kwistjoni ta’ prinċipju, sostna Karol Aquilina, li kompla li l-istituzzjonijiet suppost iħarsu l-ambjent mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm il-protesti. Hu ppropona li quddiem proġetti kbar, l-Awtorità tal-Ambjent ikollha l-veto u li l-kunsilli lokali jkollhom id-dritt iwaqqfu ċertu proġetti li se jwaqqfu proġetti kbar li jsiru fil-lokaliatjiet.

Id-deputat tal-PN semma’ l-ekonomija l-ħadra u qal li hu settur pożittiv li jistaż jħalli effetti pożittivi.