Il-prosekuturi Taljani sejħu għall-ħtif tal-bastiment Aquarius, li fl-aħħar xhur salva eluf ta’ immigranti fil-Mediterran. Dan fost allegazzjonijiet li l-bastiment iddispona minn tunnellati ta’ skart ta’ potenzjal tossiku fil-portijiet Taljani, inklużi l-portijiet fi Sqallija.
L-Aquarius, li bħalissa jinsab fil-port ta’ Marsilja, fi Franza, ilu involut f’battibekk mal-awtoritajiet Taljani minħabba l-missjonijiet tas-salvataġġ li wettaq fil-Mediterran.
Il-bastiment ilu x-xhur f’Marsilja mindu l-Panama rtiralu r-reġistrazzjoni fost il-pressjoni politika intensiva min-naħa tal-Italja. Sadanittant, l-entità Medecins Sans Frontieres (MSF) li użat l-Aquarius għall-ħidma tagħha, kkundannat il-miżura tal-Italja biex jinħataf il-bastiment bħala ‘waħda bla bażi u li qed issir bi skop malinn’.
Kelliema għall-MSF qalu li d-diżgwid jirrigwarda l-management ta’ skart tal-ikel u ta’ tip mediku, bil-prosekuturi fi Sqallija jtennu li ‘mal-24 tunnellata ta’ skart perikoluż’ intremew ( mill-Aquarius) fi ħdax il-port fl-Italja, f’perjodu ta’ sentejn u nofs.
Skont ir-rapporti Taljani, in-nies fuq l-Aquarius ma ddisponewx ‘mill-ħwejjeġ tal-immigranti bil-mard li jittieħed’ skont il-kriterji stabbiliti u li 24 persuni huma ‘suspettati fil-każ’. Jaħsbu li l-investigazzjoni tinvolvi anki vapur ieħor tal-MSF li issa waqaf mill-missjonijiet tas-search and rescue fil-Mediterran.
//= $special ?>

