Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk hux se jitlob ir-riżenja ta’ Keith Schembri issa li dan qed jiġi nvestigat, Joseph Muscat ċaħad li Schembri qiegħed taħt xi investigazzjoni.
Muscat qal li l-investigazzjoni dwar 17 Black mhux tinvestiga lil Schembri. Kliem Muscat kienu :” L-investigazzjoni huma fuq 17 Black. Full stop. Fresh line.”
Hu akkuża lill-ġurnalisti li jippruvaw idawru l-kliem u qal li sfortunatament qed ikollu kull darba joqgħod jispjega dak li kien qal. Hu tenna li jekk Keith Schembri jkun investigat kriminalment, il-pożizzjoni tiegħu ma tibqax tenibbli. Muscat baqa’ jgħid li għad għandu fiduċja sħiħa fiċ-Chief of Staff tiegħu.
//= $special ?>