Lokali

Okkupawlhom l-għalqa tagħhom u l-pulizija ma tista’ tagħmel xejn

Allegazzjoni serji mis-sidien ta' għalqa fl-Imrieħel

Nhar il-Ħadd li għadda familja li hi sid ta’ għalqa bil-kmamar fl-Imrieħel sabu persuni jgħixu fil-kmamar tagħhom meta waqfu b’kumbinazzjoni biex jaraw li kien kollox sew fil-propjetà tagħhom.

Fil-kmamar sabu mara ta’ madwar 40 sena, żewġ żgħażagħ u tifel żgħir ta madwar 6 snin li dehru li kienu għamlu minn dawn il-kmamar ir-residenza tagħhom. Il-familja li qed jokkupaw il-post għandhom magħhom kelb American Pitbull.

Is-sidien tal-għalqa minnufih għamlu rapport l-għassa ta’ Ħal Qormi iżda l-pulizija qalulhom li ma jistgħu jagħmlu xejn u ma jistgħux jiżgumbraw lill dawn il-persuni mill-propjetà .

Il-kmamar mhumiex abitabbli peress li mhemmx servizzi ta’ dawl, ilma u drenaġġ u għandhom pjanċi minflok soqfa.

Intant il-persuni li daħlu f’din il-propjetà bla permess waħħlu CCTV camera falza mal-ħajt tal-binja kif ukoll numru ta’ ritratti mal-bieb.