Lokali

Raġel midrub fil-Ħamrun – żewġ persuni miżmuma mill-Pulizija

Arkivji

Raġel ta’ 55 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li ndarab f’argument fi Triq Nazzjonali fil-Ħamrun. L-argument seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu.

B’rabta mal-inċident żewġ persuni qed jiġu miżmuma għal aktar staħarriġ.

Permezz ta’ stqarrija l-pulizja qalet li r-raġel li joqgħod Birżebbuġa safa agredit minn xi persuni li kienu fl-imsemmija triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Għall-ewwel il-vittma kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja, iżda wara qaleb għall-aħjar u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistar tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jasssistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.