Lokali

RAPPORT EŻAĠERAT: Argument bejn erba’ barranin fit-toroq tal-Marsa

Arkivji
Paniku fost preżenza qawwija ta' Pulizija u units tal-RIU

Rapport eżaġerat wassal għal paniku sħiħ f’għadd ta’ toroq fil-Marsa. Dan hekk kif għall-ewwel, il-Pulizija rċeviet rapport li seħħet aggressjoni b’arma li taqta’ u bil-ponta fi Triq l-Istalel.

Iżda fil-post, il-Pulizija sabu li seħħ argument bejn erba’ rġiel ta’ nazzjonalità barranija, għalkemm ma dehrux traċċi ta’ argumenti fiżiċi.

Għaldaqstant, l-Ambulanza li ssejħet, telqet mill-post vojta. Madankollu, aktar tard reġgħet intbagħtet minħabba rapporti ġodda li wieħed mill-barranin ħarab għal Triq is-Serkin, kantuniera bogħod mit-triq fejn seħħ l-argument.

Sorsi li tkellmu ma’ NET News qalu li fl-għajjat ta’ waqt l-argument, saret referenza għal xi arma li taqta’ u bil-ponta u dan kompla jżid il-paniku f’nofs it-triq. Iżda tfittxija intensiva mill-Pulizija ssarrfet fin-negattiv.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.