Rennie Deguara rebaħ it-trofew Carmel Grech Mini Grand Prix tat-trap, kompetizzjoni li kienet organizzata fit-tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni fuq 25 target. Nicky Carabott spiċċa fit-tieni post filwaqt li George Mifsud spiċċa fit-tielet post.
Il-veteran George Cassar spiċċa bl-ogħla skor fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni b’total ta’ 65/75 segwit minn Rennie Deguara u ż-żagħżugħ Nico Sciberras li t-tnejn laqtu 63/75. Minħabba li ried jiġi determinat il-pożizzjoni għall-fażi finali, saret shoot-off bejn it-tnejn, b’Deguara jolqot target aktar minn Sciberras.
George Mifsud (62/75), Gianluca Chetcuti (61/75) daħlu fir-raba’ u l-ħames post filwaqt li Nicky Carabott kien l-aħħar tiraturi li għamilha għall-finali wara li rebħa shoo-off ma’ Stephen Vella u Matthew Busuttil, wara li t-tlieta kienu laqtu 59/75.
Fil-fażi finali, Gianluca Chetcuti kien eliminat l-ewwel meta fl-ewwel rawnd laqat 15 minn 25. George Cassar kien eliminat warajh, b’Nico Sciberras jispiċċa fir-raba’ post.
George Mifsud spiċċa fit-tielet post wara li laqat total ta’ 26 minn 40, biex il-finali kienet kontestata minn Rennie Deguara u Nicky Carabott. Iż-żewġ tiraturi kienu laqtu 28/40 qabel il-finali, b’Deguara jolqot 9 minn 10, tnejn aktar minn Carabott.
Il-Programm tat-trap tal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar ikompli l-Ħadd li ġej fil-Bidnija bit-Trofew Sirap.
L-aqwa tiraturi fil-klassijiet rispettivi tagħhom għalqu t-tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni b’dawn ir-riżultati:
Klassi A
George Mifsud 62/75
Gianluca Chetcuti 61/75
Nicky Carabott 59/75
Klassi B
George Cassar 65/75
Rennie Deguara 63/75
Matthew Busuttil 59/75
Klassi Ċ
Nico Sciberras 63/75
George Grech 54/75
Joe Cardona 45/75
//= $special ?>