Matul din il-ġimgħa l-MŻPN ser ikun qiegħed jippublika proposti reali u konkreti dwar il-proprjetà b’mod speċjali proposti li jolqtu liż-żgħażagħ. Dan huwa r-riżultat ta’ studju u riċerka intensiva b’viżjoni min-numru ta’ membri fi ħdan l-eżekuttiv tal-MŻPN.
L-MŻPN ra li l-budget 2019 ma jitkellem xejn fuq il-problema tal-valur tal-proprjetà u l-kirjiets speċjalment għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Hemm studju li juri li 6 minn kull 7 Għawdxin jagħżlu li jixtru l-ewwel proprjetà Malta. B’hekk, Għawdex qed jitbattal minn nies bil-mod il-mod.
Fost il-punti msemmija hemm il-valur tal-proprjetà u pjan sostenibbli għall-istess żvilupp. Hemm ħsieb ukoll b’rabta mal-gżira Għawdxija.
L-MŻPN ħeġġet biex is-segwaċi jżuru aktar il-paġna tagħhom fuq Facebook biex isegwu aktar il-proposti tagħhom.
https://www.facebook.com/MZPN.MT/
//= $special ?>