Ġimgħa oħra, u t-tħarbit fit-titjiriet tal-Air Malta ikompli. Dan hekk kif ilbieraħ it-titjira lejn Heathrow tal-4:55pm telqet kważi 3 siegħat u nofs tard. Dan wassal għal skariġġ kbir għall-passiġġieri li imbgħad qabdu l-ajruplan minn Londra lura lejn pajjiżna.
It-titjira tal-Air Malta kellha tiġi lura dalgħodu f’00:40am. Iżda l-passiġġieri waslu fl-MIA għall-ħabta tat-3am.
Apparti it-titjira ta’ Heathrow anke dik ta’ Zurich spiċċat bil-problemi. It-titjira KM491 telqet siegħa u sitt minuti tard mill-Iżvizzera.
//= $special ?>