Ambjent Lokali

Transport Malta tiskopri li hemm bastiment mgħarraq

Għaddas lokali tella’ dan il-vidjo fuq il-midja soċjali.

Il-vidjo juri dak li jidher bħala bastiment abbandunat u mgħarraq ‘il barra minn Paradise Bay.

Transport Matla fi stqarrija ammettiet li ma kinitx infurmata b’dan l-inċident mis-sid jew l-operatur, kif mitlub mill-liġi u saret taf biss b’ dan ir-relitt mill-vidjo.

L-Awtoritá qed tistabilixxi min huma s-sidien tal-vapur, sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex ineħħu r-relitt.