Lokali

17 BLACK: Tliet Ministri tal-Gvern jaħarbu mid-domandi ta’ Adrian Delia

"Kif il-Prim Ministru jaf li din l-inkjesta mhix dwar Keith Schembri?" - Adrian Delia

Fid-dawl tal-iskandlu ta’ 17 Black, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, fl-assenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, saqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici jekk wara li t-Tnejn l-istess Bonnici qalilna li hemm inkjesta dwar il-kumpanija 17 Black, hemmx inkjesta dwar persuni oħra fuq l-istess materja.

Adrian Delia saqsa lill-Ministru Bonnici kif ukoll lill-Ministru Michael Farrugia sabiex jispjegaw kif il-Prim Ministru jaf li m’hemmx inkjesta għaddejja kontra Keith Schembri. Bonnici ma weġibx u qal li “m’għandux informazzjoni altrjuri”.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni saqsa wkoll lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, jekk dan l-iskandlu ta’ 17 Black hux qed jaffettwa lil pajjiżna speċjalment fis-settur tal-Enerġija.

Minn tliet Ministri tal-Kabinett ta’ Muscat ħadd ma wieġeb fuq 17 Black.